Dawn is-suċċesssi muħikali huma grazzi għall-isforzi kbar li saru mis-Surmast Direttur Mro. Mark Gauci li nistgħu ngħidu kien l-mutur li mbotta l-bandisti tagħna sal-livelli li għandna llum. Fil-preħent l-Għaqda tipprovdi tagħlim f’kull qasam bandistiku li huwa kordinat minn tliet għalliema – Marvin Grech fis-Sezzjoni Qasba, George Camilleri fis-Sezzjoni Ram u Michael Camilleri Sezzjoni Perkussjoni. L-isforzi kollettivi ta’ dawn flimkien ma’ dawk tal-Kumitat jiġu preħentati fil-Programm Mużikali Annwali li jiġi mtellgħa fl-okkaħjoni tal-festa tal-Madonna tas-Sokkors.

Barra mill-aspett mużikali, l-amministrazzjoni tal-Banda dejjem ħasbet biex l-istess Soċjeta’ jkollha dar min fejn tista’ tmexxi lilha nnifisha. Bit-tħabrik tal-President Emmanuel Grech u membri oħrajn fil-Kumitat, ġiet akkwistata art fi Pjazza Orvieto f’Kerċem biex din tiġi żviluppata f’Każin u ċentru Mużikali għar-raħal tagħna. ġurnata kbira kienet is-6 ta’ Lulju 2005 meta ġiet impoġġija u mbierka l-ewwel ġebla tal-Każin il-ġdid mill-President ta’ Malta Dr. Edward Fenech Adami. Kienet ġurnata tassew memorabbli. Fi żmien ftit inqas minn sena, l-ewwel parti tal-Każin ġiet miftuħa mill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono. Issa jmiss li din id-dar bil-mod il-mod tkompli tikber u tissawwar f’Każin denn ta’ l-Għaqda Mużikali tagħna.

L-impenn tagħna lkoll - amministrazzjoni u bandisti, huwa li nkomplu naħdmu biex din l-Għaqda Mużikali li tant inħobbu tibqa’ dejjem tiġi ‘l quddiem, u tibqa’ dejjem tagħmel unur lir-raħal tagħna ta’ Kerċem.