Noghzzu l-jum tad-19 ta'Ottubru | 18-Oct-2016
19 -il sena mit-twaqqif tal-Ghaqda Muzikali San Girgor
 
Kien il-Hadd 19 ta’ Ottubru 1997, grupp ta’ rgiel u zghazagh iltaqghu fic-Centru Parrokkjali ta’ Kercem u iffurmaw ufficjalment Kumitat li kellu jiehu hsieb it-twaqqif ta’Banda gdida fir-rahal ta’ Kercem permezz tal-ewwel laqgha generali li fiha kien iffurmat l-ewwel kumitat.
 
Minn dak inhar il-quddiem il-Kumitat, minkejja diversi mumenti ta’ qtiegh il-qalb, ma hares qatt lura u fi zmien relattivament qasir irnexxielu jaghmel il-mirakli.
 
Ta' min isemmi miraklu kontinwu huwa l-istess nifs tal-hajja tal-Ghaqda Muzikali San Gigor mhux facli li f'zminiejiet tal-lum izzomm banda hajja – it-tmexxija amministrattiva ordinarja ta’ kull jum li b’hafna sagrificcju jaghmlu l-membri tal-Kumitat, flimkien mal-membri tas-sotto kumitat tan-nisa, benefatturi, membri ohra u fuq kollox il-Bandisti taghna li huma r-ruh u d-djamant tal-Ghaqda Muzikali San Gigor. 
 
Wara li l-hidma principali tal-kumitat f' dawn l-ahhar gimaght kienet ffukata fuq l-Jum tal-inawgurazzjoni tal-kazin Palazzo Celio, mill-President ta' Malta l-E.T Marie - Louise Coleiro Preca, issa harsita ddur lejn l-Banda innifisha u bhalissa qed jithejjew pjanijiet kbar sabiex jekk jirnexxi jigu mwettqa matul s-sena 2017 u bihom niktbu pagna ohra tad-deheb kemm ghall-banda taghna kif ukoll naghmlu isem ghar-rahal taghna. ( dettalji jithabru aktar il-quddiem). 
 
Illum inkunu nonqsu ukoll jekk ma rroddux hajr mill-qalb lil dawk kollha ta’ qabilna li servew fil-Kumitati tal-Ghaqda Muzikali San Girgor jew bhala Bandisti, jew Benefatturi u membri ohra li tul dawn id-19 -il sena taw sehemhom fil-hajja ta’ din is-socjeta’.
 
Niftakru wkoll b’mod partikulari f’dawk il-benefatturi li m’ghadhomx maghna.
 
Illum fuq il-Kazin qed tittajar l-bandiera sabiex tfakkar dan il-jum importanti ghall-Ghaqda taghna u nistghu nighdu l-lucky birthday tal-Banda.