Bidu tal-Festi f'Gieh il-Madonna tas-Sokkors | 30-Jun-2016

Illum il-Ħamis 30 ta’ Ġunju, il-Parroċċa tagħna tagħti bidu għall-festa tal-Madonna tas-Sokkors li ser tkun iċċelebrata nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju il-programm għall-ġurnata tal-lum hu fis-7.00p.m Quddiesa mmexxija minn Dun Alex Refalo, Kollaboratur Parrokkjali. Għal din il-quddiesa huma mistiedna l-familji tal-parroċċa, b’mod speċjali dawk il-koppji li żżewġu f’din l-aħħar sena kif ukoll dawk li din is-sena qed jiċċelebraw il-25, il-50 u s-60 anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Mistiedna wkoll l-għarajjes li temmew il-mixja tat-tħejjija għall-ħajja taż-żwieġ u l-familja. F’din il-quddiesa il-Banda San Girgor tanima l-liturġija bil-kant u l-innijiet flimkien mal-kor tat-tfal tal-Parooċċa.

 

Wara l-Quddiesa, ix-xbieha devota tal-Madonna tas-Sokkors titqiegħed taħt il-mant tagħha, akkumpanjata mid-daqq tal-Banda San Girgor.