Stqarrija ghall-istampa | 03-Jun-2016

STQARRIJA GHALL-ISTAMPA

Bhalissa l-Kumitat tal-Ghaqda Mużikali San Girgor ta’ Kercem jinsab ghaddej fl-aqwa tat-thejjijiet ghal erba’ miri li jilhqu l-qofol taghhom fl-ewwel jiem ta’ Lulju: is-CD tal-Marci l-godda, id-dsatax il-edizzjoni tal-publikazzjoni annwali ‘Lehen il-Banda San Girgor’, l-inawgurazzjoni ufficjali tal-Każin il-gdid fi Pjazza Orvieto u c-celebrazzjoni tal-Festa tal-Madonna tas-Sokkors fl-10 ta’ Lulju 2016.

COMPACT DISK

Wara li wara l-festi tal-Milied gew maghzula l-Marci u bdew il-kuncerti tal-Banda bi thejjija ghall-esekuzzjoni taghhom, f’Marzu li ghadda sar ir-recording tat-tlettax il-marc li se jigu nciżi fis-CD il-gdid li se johrog fl-idejn propju fil-granet li gejjin. Il-Banda San Girgor kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Mark Gauci.

KTIEB TAL-FESTA

Sadanittant il-membri tal-Bord Editorjali tal-Programme Souvenier, mahrug ta’ kull sena fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tas-Sokkors, ‘Lehen il-Banda San Girgor’, jinsabu wkoll jahdmu bla heda fuq id-dsatax-il edizzjoni ta’ din ir-rivista interessanti miżghuda b’artikli ta’ natura storika, kulturali, ta’ attwalita’, intervisti, kif ukoll messaggi tal-ghola ufficcjali tal-Kumitat u persuni ohra distinti fil-hajja tar-rahal taghna. Fl-istess rivista wiehed isib ukoll il-kronaka ta’ kull sena tal-Ghaqda Mużikali San Girgor kif ukoll il-Programm tal-Festa 2016. Biex tigi sostnuta din il-publikazzjoni, din ir-rivista tkun tinkludi wkoll numru ta’ reklami minn hwienet, azjendi u ditti li l-Bord Editorjali jheggeg lill-qarrrejja jaghmlu użu mis-servizzi taghhom.

 

INAWGURAZZJONI TAL-KAŻIN PALAZZO CELIO

Bla dubju ta’ xejn l-energija principali tal-Kumitat matul din is-sena kienet iffukata fuq it-thejjijiet ghall-ftuh tal-Sede ufficcjali tal-Ghaqda Mużikali San Girgor fi Pjazza Orvieto. Wara li l-Kumitat kien ghamel is-sena 2016 bhala objettiv ghal din l-inawgurazzjoni, saru sforzi kbar u hidma kontinwa biex kollox jitlesta fil-hin ghal din l-okkażjoni specjali. Matul din is-sena giet iffinalizzata l-kostruzzjoni li kien fadal minn din il-fażi, sar it-tikhil minn barra u minn gewwa, kisi tal-isqfa, membrane fuq il-bjut, tqieghid tal-pavimentar kollu tal-każin, l-installazzjoni tas-sistema kollha tad-dawl u l-ilma, żebgha, suffitt u taqsim bil-gypsum, aperturi tal-aluminium u tal-injam, tarag tal-irham ghal quddiem u iehor fuq gewwa, puggamani tal-ferro battuto ghall-galleriji ta’ barra u naturalment l-ahhar irtokki li jibqghu ghaddejjin sal-ahhar mumenti qabel il-ftuh. Dan kollu sar taht id-direzzjoni tas-Sur Pawlu Zahra, project manager, kif ukoll ta’ diversi konsulturi teknici u artistici ohra u kien ikkordinat mill-membri habrieka tal-kumitat. Ringrazzjament kbir hu dovut ghal diversi benefatturi flimkien mal-poplu kollu ta’ Kercem. Il-Każin ser jissemma Palazzo Celio ghall-post fejn twieled u ghex l-ewwel parti ta’ hajtu il-padrun tal-Banda taghna San Girgor il-Kbir f’Ruma. Ghaldaqstant kollox huwa ndirizzat issa lejn id-data tat-Tlieta 5 ta’ Lulju meta l-E.T. il-President tar-Republika, is-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca tinawgura ufficcjalment il-każin li eventwalment jigi mbierek mill-E.T. Mons Mario Grech Isqof ta’ Ghawdex, fi tmiem ta’ programm mużikali bl-isem ta’ ‘Inauguratio’ imtellgha mill-Banda San Girgor fi Pjazza Orvieto. Minn issa nistiednu lil kulhadd ghal dan l-avveniment uniku.

 

FESTA TAL-MADONNA TAS-SOKKORS

Il-qofol ta’ kollox imbghad jintlahaq nhar il-Hadd 10 ta’ Lulju fil-Festa tal-Madonna tas-Sokkors  iccelebrata fir-rahal ta’ Kercem li fiha l-Banda San Girgor tiehu sehem distint u principali, fosthom bl-esekuzzjoni tal-Innu “Succure Miseris” ta’ Mro.Mark Gauci u l-Innu l-kbir “Alla Beatissima Vergine del Soccorso” ta Mro.Willie Attard li din s-sena tahbat -is 70 sena mill-kitba tieghu u wara bl-akkumpanjament tal-Purcissjoni, flimkien ma diversi baned ohra mistiedna.