Jum l-Għid il-Kbir | 17-Apr-2017

Il-Ħadd 16 t’ April il-Knisja Kattolika ċċelebrat ir-rebħ ta’ sidna Ġesu Kristu fuq il-mewt l-Għid il-Kbir l-akbar festa tal-Knisja Kattolika.  Fil-Parroċċa tagħna ġie ċċelebrat fil-għodu permezz ta’ manifestazzjoni esterna f’temp sabiħ fid-9.15 a.m. mat-tokki tal-qanpiena l-kbira feġġet il-Purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt xogħol Michael Camilleri Cauchi, akkumpanjata mill-Banda San Girgor li ferrħet l-okkażjoni permezz ta’ marċi brijużi. 

Fi tmiem il-purċissjoni l-Kappillan qassam tifkira tal-Għid lit-tfal preżenti.  

Il-president flimkien mal-kumitat jawgura l-Għid it-tajjeb lill-Kerċmin kollha u l-viżitaturi ta' dan is-sit jalla l-armonija u l-paċi li jkun qed jinħass f’dawn iż-żminijiet jkun magħna tul s-sena kollha.