Nilqghu s-Sena 2017 | 01-Jan-2017

 L-GĦAQDA MUŻIKALI SAN GIRGOR ISSELLEM LIS-SENA 2016 U TILQA S-SENA 2017 B'ENTUŻJAŻMU.

 
Is-sena 2016 kienet sena memorabbli għas-Soċjeta' tagħna hekk kif f'din is-sena rajna ħolma kbira tagħna l-membri tal-kumitat dik li naraw id-dar tal-Banda tagħna inawgurata u miftuħa għall-pubbliku, "PALAZZO CELIO" imma biex wasalna sa dik il-ġurnata li żgur ser tibqa fil-qalb ta kull membru kien hemm ħafna xoghol minn wara l-kwinti li ma jidhirx iżda bl-għajnuna tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir illum nistgħu niftaħru li għandna Palazz li jixraq lir-raħal għażiż tagħna. Irridu nirringrazzjaw lill ħafna benefatturi li sostnew u għadhom isosstnu lil din l-Għaqda. 
 
TISLIMA LIS-SENA 2017
 
B'ottimiżmu kbir insellmu lis-sena 2017 is-sena li fiha ser jitfakkar l-għoxrin Anniversarju mit-twelid tal-Banda tagħna f'Ottubru tas-Sena 1997, l-ewwel net irridu nsellmu lil dawk ta qabilna li b' imħabba u sagrifiċji kbar welldu din s-Soċjeta fejn l-għan prinċipali u ewlieni tagħha u li tkattar u trawwam l-arti mużikali f'raħalna, u li din il-ħidma ġiet imwettqa b'responsabbilta' tul dawn l-Għoxrin sena mit-twaqqif.  Din is-sena mhux ser tkun sena li noqgħodu b' idejna fuq żaqqna u nitpaxxew b'dak li għamilna iżda ser tkun sena imżewqa u kkulurita minn diversi asspetti, nistghu nħabbru li f' Lulju ta' din is-sena l-Għaqda tagħna ser tilqa u tospita Banda Taljana mir-rahal ta Mirandola mill-Italja ta fuq, li din ser tkun komposta b'madwar 80 Bandist li dawn ser ikunu f'gżiritna sabiex ippaxxuna bil-mużika tagħhom b'diversi kuncerti li ser jsegwixxu u igawdu l-ġmiel tal-gżejjer tagħna, u l-ħbieberija bejn ż-żewġ Baned ser tkun reċiprokata f' Settembru ta' din is-sena fejn il-Banda tagħna ser tkun ospitata fir-raħal ta' Mirandola l-Italja. Żgur li din is-sena ser tkun waħda mill-isbaħ għall-membri tal-għaqda tagħna.
 
IL-PRESIDENT FLIMKIEN MAL-KUMITAT BANDISTI U MEMBRI JAWGURAW S-SENA T-TAJBA MIMLIJA RISQ U PAĊI