Programm tal-festa Titulari ta' San Girgor il-Kbir | 04-Mar-2017

 PROGRAMM TAL-FESTA TITULARI 

AD UNUR
IL-PAPA SAN GIRGOR IL-KBIR
ĊELEBRATA FIL-PARROĊĊA TA’ KERĊEM
 
5 – 12 TA’ MARZU, 2017
 
Il-Ħadd, 5 ta’ Marzu
10.30a.m.:   Quddiesa mmexxija mill-Kappillan Dun Brian Mejlak u wara x-xbieha devota tal-Papa San Girgor il-Kbir titqiegħed fil-post imħejji f’nofs il-korsija għall-ġimgħa tal-festa.
 
It-Tnejn, 6 ta’ Marzu
5.30p.m.:  Quddiesa għall-fejqan immexxija minn Patri Marcello Ghirlando.  Għal din l-okkażjoni jmexxi l-kant tal-quddiesa Mario Caruana.
 
It-Tlieta, 7 ta’ Marzu
5.30p.m.:   Quddiesa mmexxija mill-Kappillan Dun Brian Mejlak bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa.  Imexxu l-kant il-kor tat-tfal tal-parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ Christabelle Formosa.
 
L-Erbgħa, 8 ta’ Marzu
5.30p.m.:   Quddiesa tal-ewwel jum tat-Tridu.  Fit-tlett ijiem tat-tridu Dun Gabriel Gauci jagħmel l-omelija tal-okkażjoni.  Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella ad unur il-Papa San Girgor il-Kbir u tingħata l-barka sagramentali.  
7.30p.m.:  Pasta Buffett fil-Greens Sports Bar & Grill.
 
Il-Ħamis, 9 ta’ Marzu
5.30p.m.:  Quddiesa tat-tieni jum tat-Tridu.
7.30p.m.:  80’s Night fiċ-Ċentru 8 ta’ Lulju bis-sehem tad-DJ Mario Theuma.
 
Il-Ġimgħa, 10 ta’ Marzu  
Il-132 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parroċċa
 
5.30p.m.:   Quddiesa tat-tielet jum tat-Tridu
7.30p.m.:  Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Paroċċa, fis-Santwarju Parrokkjali jittella’ l-Kunċert KCM 10-03 #takeoff.
 
Is-Sibt, 11 ta’ Marzu
7.30a.m.:  Quddiesa Solenni tat-Te Deum immexxija minn Mons Karm Borg, Rettur tal-Knisja tal-Lunzjata.
 
9.00a.m.:  Il-Kappillan Dun Brian Mejlak imexxi Quddiesa għat-tfal u l-adoloxxenti tal-Parroċċa.
 
6.00p.m.:  Translazzjoni bir-Relikwa devota tal-Papa San Girgor il-Kbir immexxija mill-Vigajru Ġenerali Mons Tarcisio Camilleri u  wara imexxi Konċelebrazzjoni Solenni mas-saċerdoti tal-parroċċa. Dun Simon Mario Cachia jagħmel il-paniġierku tal-festa.    Wara tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
 
7.30p.m.:  Notte Gregoriana fi Pjazza San Girgor.  
 
 
Il-Ħadd, 12 ta’ Marzu
JUM IS-SOLENNITÁ TAL-PATRUN TAGĦNA
IL-PAPA SAN GIRGOR IL-KBIR
Il-quddies ikun fis-6.00a.m., 7.00a.m., 9.00a.m. (Pontifikal Solenni), 11.00a.m., 6.30p.m.
 
9.00a.m.:​Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech fejn wara l-Vanġelu jwassal il-messaġġ tiegħu tal-okkażjoni.  
 
4.00p.m.:  Għasar Solenni mmexxi mill-Kappillan Dun Brian Mejlak.  Wara titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.  
 
4.15p.m.:  Marċ tul Pjazza San Girgor mill-Banda San Girgor.
 
5.00p.m.:  Purċissjoni Solenni bix-xbieha devota tal-Papa San Girgor il-Kbir immexxija minn Mons Franġisk Sultana, il-kleru, l-abbatini u l-fratelli tal-parroċċa.  Takkumpanja l-Banda San Girgor taħt id-direzzjoni ta’ Mro Mark Gauci.
 
6.30p.m.: ​Quddiesa.
 
Fit-tlett ijiem tat-Tridu jieħu sehem il-Kor San Girgor. Il-mużika ta’ lejlet u nhar il-festa tkun taħt id-direzzjoni tal-Mro Carmel P. Grech, Maestro di Cappella, bis-sehem tal-Kor u l-Orkestra ‘Stella Maris’ flimkien mal-Kor tal-Parroċċa ‘San Girgor’.
 
In-nar tal-Ajru f’jum il-Festa huwa tal-kamra tan-nar 15 t’Awwissu.
 
Il-funzjonijiet kollha ser jiġu mxandra fuq Radju Sokkors fuq il-frekwenza ta’ 95.1FM.