GuestBook - Page 3

21-Dec-2011  |  Isfar u Blu
Nawgura lil Kumitat il-gdid li nhatar f'dawn il-jiem biex ikompli jmexxi din l-Ghaqda Muzikali fuq il-passi tal-Kumitati precedenti. Zgur li bicca xoghol kbira li dan il-Kumitat se jkompli jaffronta huwa l-progett tat-tkomplija tal-bini tal-Kazin mill-isbah li se jkollna. Nittamaw li fi zmien qasir narawh lest! Inheggeg lil kulhadd biex inkomplu nahdmu u nigbdu habel wiehed favur il-Banda taghna San Girgor.



20-Dec-2011  |  Stendard Isfar
Nixtieq nifrah lil Kumitat il-gdid tal-Ghaqda Muzikali San Girgor ghas-sena 2011-12 u b'mod patrikulari lis-Sinjuri Noel Cassar u Horace Vella li nghaqdu mal-Kumitat din is-sena bhala membri godda. nawgurawlhom hidma fejjieda u kull success!



10-Dec-2011  |  49,000!
In-numru tal-vizitaturi f'dan is-sit ikompli tiela! Prosit lil kulhadd!



08-Dec-2011  |  Bandist u Amiratur
Nixtieq nifrah lill-amministrazzjoni tal-banda ghax-xoghol siewi li qed twettaq. F'isem dawk li ma jistghux jaraw il-progress li qed isir fil-bini tal-kazin, tistghux tippubblikaw aktar ritratti, kemm fil-web-site kif ukoll b'mezzi ohra li ghandkom ghad-dispozzizjoni taghkom. Jien nista' nara b'ghajnejha l-progress li qed isir, biss nies bhal morda, anzjani, emigranti u ohrajn li huma ammiraturi tal-banda taghna li m'ghandhomx ic-cans li jaraw ir-ritmu li bih miexi dan il-progett nahseb li ghandhom ikunu aggornati b'ritratti minn fuq is-sit. Keep it Up.



01-Dec-2011  |  Stendard Isfar
Hadt gost nosserva l-progress li sar fit-tkomplija tal-bini tal-kazin. Minn l-ahhar t'Awwissu l'hawn sar hafna xoghol, li l-parti l-kbira minnu ma jidhirx ghax kien jikkonsisti f'tqattiegh ta' blat, pedamenti ... ecc. Naghmlilkom kuragg biex tkomplu ghaddejjin b'dan ir-ritmu u nappella lil poplu kollu ta' Kercem biex jghin mill-ahjar li jista billi jikkontribwixxi ghal dan il-progett.



19-Nov-2011  |  Genitur tal-aljievi
Prosit hafna tal hidma taghkom b'risq uliedna tat-taghlim professjonali li qed toffru fir-rahal taghna bla ebda hlas. Uliedi ghandhom genn sabiex jibdew jintuzaw il-klassijiet il-godda.



17-Nov-2011  |  Kercmi
Nghaddi spiss minn quddiem il-Kazin u ninnota l-progress kontinwu li qed isir fuq il-progett tal-bini tal-kumplament tal-kazin. Nibqa immeraviljat bil-kobor ta' dan il-progett u bis-serjeta li bih qed jitmexxa. Diga smajt kummenti pozittivi ferm minn nies dilettanti dwar dan. Inhoss li l-poplu kollu ta' Kercem ghandu jhossu fid-dmir li jghin f'din l-inizjattiva li minna se jgawdi r-rahal kollu u fuq kollox uliedna. Prosit u jalla bil-ghajnuna ta' kulhadd fi zmien qasir naraw dan il-progett lest ghas-sodisfazzjon ta' kulhadd.



09-Nov-2011  |  47,000
Ghal darb ohra fi zmien qasir regghu saru 1000 zjara ohra fuq dan is-sit. Fi ftit taz-zmien iehor naqbzu l-50 elf! Prosit lill-Kumitat li jemmen fil-potenzjal ta' dan il-mezz modern u lil dawk kollha li jidhlu daqshekk ta' spiss fuq dan is-sit hekk popolari!



07-Nov-2011  |  Bandist
Prosit tal-festa sabiha li giet organizzata lbierah fl-okkazjoni tat-tifkira ta' Santa Cecilja patruna tal-Muzicisti. Kemm il-Quddiesa immexxija mill-Isqof Mario Grech kif ukoll il-Marc u c-Cerimonja fil-Kazin kienu sbieh u organizzati tajjeb.



31-Oct-2011  |  Charles Bonnici - Floriana
Nawguralkom tas-sit verament sabih u mizmum aggornat, prosit u awguri ghall-bini tal-kazin mhux haga facli f'dan iz-zmien. KEEP IT UP!!!



31-Oct-2011  |  James Scerri - Naxxar
Jiena dilettant tal-Baned Maltin u insegwi spiss il-website taghkom u nibqa immeraviljat bl-attivita' kontinwa li ghaddejja fil-kazin taghkom b'mod specjali f'xhur meta baned ohrajn ikunu relattivament kwieti. Irrid nghidilkom prosit kbira tal-Kazin sabih li se tinbnu. Zgur li se jkun wiehed mill-isbah li ghandna f'Malta. Nawguralkom kull success.



19-Oct-2011  |  Kercmi
Nawgura f'isem il-poplu kollu ta' Kercem l-isbah xewqat lill-Ghaqda Muzikali tar-rahal taghna li illum qed ticcelebra l-14-il sena mit-twaqqif taghha u nifirhilkom ghall-prohett kbir li qieghdin twettqu bil-bini tal-Kazin.



19-Oct-2011  |  Isfar u Blu
Awguri lill-Kumitat habrieku, Surmast Direttur, Bandisti, Tesserati, Benefatturi, Hbieb u Ammiraturi tal-GHAQDA MUZIKALI SAN GIRGOR, fl-okkazjoni tal-eghluq l-14 il-Anniversarju tat-twelid ta' din is-Socjeta' li f'qasir zmien ghamlet passi ta' ggant! CONGRATULATIONS U KEEP UP THE VERY GOOD WORK!



19-Oct-2011  |  Bandist
Happy Birthday lil Ghaqda Muzikali San Girgor f'gheluq il-15 il-sena mit-twaqqif taghha. Prosit lil Kumitat, lis-Surmast u lil Bandisti shabi tal-impenn taghhom.