GuestBook - Page 25

03-Mar-2010  |  7000
Sallum dan il-website popolari kellu iktar minn 7000 vizitatur. Dan is-sit beda jopera fil-5 ta' Awwissu 2009 - 7 xhur ilu. Dan ifisser 1000 vizitatur fix-xahar jew medja ta' 33 vizitatur kulljum! Bla dubbju dan hu l-aktar sit popolari tal-Kercmin!



01-Mar-2010  |  Kercmi
Nifirhu lis-Seminarista Daniel Grech tal-Parrocca taghna li lbierah il-Hadd inghata l-Lettorat mill-Isqof Mario Grech. Nawgurawlu halli jkompli jwiegeb ghas-sejha lil Mulej qed jaghmillu.



01-Mar-2010  |  VSG
Fil-persuna ta' Sister Serafica, ta' Kercem tilef bint verament denja, li ghalkemm id-destin taghha wassalha biex tghix il-boghod minn rahal twelidha, dejjem baqghet tghozz u kienet dejjem kburija dak kollu li hu Kercmi b'mod specjali l-festa tal-Madonna tas-Sokkors,u fuq kollox l-entuzjazmu u l-hegga taz-zghazagh ghall-festa u ghar-rahal. Kienet persuna dejjem ferrehija u bi tbissima fuq fommha. Nahseb li jixraq li fir-rahal tigi mfakkra b'xi mod ghax vera jixirqilha!



01-Mar-2010  |  Kercmi
Sirt naf bil-mewt ta' Sr Serafika (tal-Karminell)minn fuq dan il-website. Veru kienet soru tal-affari taghha, u kif ghedtu inthom : thobb hafna lil Madonna tas-Sokkors u l-festa taghha. Qatt ma kienet tonqos li tkun hawn fil-festa u dejjem kienet tkun qisha qieghda l-genna bil-ferh li kienet thoss! Naghti l-ghomor lill-familjari taghha f'Kercem u ta' Sannat



27-Feb-2010  |  Bandiera Safra
Nappella lill-partitarji u d-dilettanti kollha biex illum u fis-Sibtijiet li fadal intellghu l-bnadar. Snin ilu kien ikun hawn hafna izjed bnadar meta kienet tkun qed toqrob il-festa. Niftakru li din is-sena qed inkunu niccelebraw il-125 sena mit-twaqqif tal-Parrocca.



26-Feb-2010  |  Josephine Tabone
Prosit tal-website tistghu titfghu l-programm tal-festa ta'san Girgor fuq is-site pls.



25-Feb-2010  |  Cinga
Naqbel ma Isfar u Blu. Il-hegga li kien hawn ghall-Parrocca naqset hafna! Imnalla aw l-ghaqdiet b'mod specjali tal-Banda u tal-Armar ax kieku m'anna xejn.



25-Feb-2010  |  Isfar u Blu
Fi ftit tal-jiem ohra il-Parrocca taghna tkun fil-Festa ta' San Girgor u fl-10 ta' Marzu suppost se nkunu niccelebraw il-125 sena mit-twaqqif tal-Paarrocca! Inhoss li m'hawn l-ebda sinjal ta' celebrazzjonijiet. 25 sena ilu kien hawn fervur shih fir-rahal ghac-centinarju... x'se jsir specjali biex infakkru dan l-avveniment?...jew dawn l-affarijiet daz-zmien m'ghadhomx importanti?



23-Feb-2010  |  Evergreen
Nifrah lil Kercem Ajax ghar-rebha importanti li ghamlu fuq il-leaders Hotspurs.



19-Feb-2010  |  Storiku
Ftit tal-gimghat ilu gie ippubblikat ktieb ineterssanti li fih parti mill-istorja tar-rahal taghna: precizament dwar it-tkabbir tal-Knisja Parrokkjali u xi haga wkoll dwar il-Knisja ta' Santa Lucija. Il-ktieb jismu: 'Vitor Vella - Hajtu u Hidmietu. L-Imghallem Bennej tas-Santwarju ta' Pinu'. Jinsab ghall-biegh mill-hwienet ewlenin tal-kotba u jiswa 8 Ewro.



17-Feb-2010  |  Aaron Muscat
Prosit tas-servizz ta' lbierah. Ghogobni hafna li kellkom s-sett tad-drumkit maghkom li bidel ghal kollox l-istil li soltu nisimow. Keep it up.



17-Feb-2010  |  Kercmi
Prosit tas-servizz tal-Karnival li ghamiltu lbierah ir-Rabat. Prosit ukoll tal-kostum sabih li gie ippreparat u tal-ghazla tas-siltiet li daqqejtu.



16-Feb-2010  |  Kercem Primary Old Boy
Ftit tal-jiem ilu thabbret il-mewt ta' Dun Gwann Scicluna, ex ghalliem fl-iskola primarja tar-rahal taghna. Jien u cert li mieghi hafna minn dawk li kellhom ix-xorti jixorbu mit-taghlim tieghu dejjem rajt fih ghalliem rett u ezemplari. Fost l-ohrajn kellu l-inkarigu li jdoqq il-qanpiena ghall-break - l-unika haga li forsi xi darba kien jinsiha! Nitolbu ghalih u naghtu l-kondoljanzi lill-familjari tieghu.



16-Feb-2010  |  kercmi pur
nixtieq nappella lil kumitat tal banda jiprova jaghti aktar sehemu fil hrug min nicca ghal festa ta din is sena. veru ghandna hrug l ahhar grad. jekk il hrug tiehdu hsiebu intom u tal armar zgur li jkun hafna differenti u timlew il knisja mhux bas sena l ohra u ta qabel. nixtieq li il proposta tijej ma taqx fuq widnejn torox. grazzi