GuestBook - Page 26

16-Feb-2010  |  Klarinett
Ilejla niltaqghu lkoll ir-Rabat ghas-servizz tal-Karnival fi Triq ir-Repubblika. Il-Banda taghna hija wahda mill-ftit li qed jiehdu sehem fil-Karnival ta' Ghawdex. Inheggeg lill-partitarji biex jinghaqdu maghna ha niddevertu flimkien f'dan l-ahhar jum tal-Karnival.



13-Feb-2010  |  Stendard Isfar
Inheggeg lil poplu kollu ta' Kercem biex illum jikkopera u juri l-apprezzament tieghu fil-gabra li se ssir mill-kumitat tal-Ghaqda Muzikali San Girgor b'risq it-taghlim tal-muzika b'xejn lill-allievi kollha u b'risq l-ispejjez generali.



12-Feb-2010  |  Cinga
Ilbierah giet organizzata Pasta Night bejn il-Kumitati tal-Banda u tal-Armar flimkien fil-Country Terace. Kien hemm atmosfera sabiha ta' ghaqda u hbiberija fost kull min kien hemm. Attivitajiet bhal dawn flimkien andom isiru iktar spiss fil-futur u jalla il-hbiberija li tezisti bejn dawn iz-zewg ghaqdiet li tant jahdmu ghall-festa u ghar-rahal tibqa tirrenja u hadd ma jirnexxielu jkissira. Ibqu hekk maghqudin.



11-Feb-2010  |  Isfar u blu
Nistieden lil partitarji kollha u l-hbieb taz-zewg ghaqdiet tal-Banda u tal-Armar biex ghada jinghaqdu maghna ghall-Pasta Buffet li se jsir fil-Country Terrace. Narawkom!



10-Feb-2010  |  Yellow for ever
Prosit lil dawk in-nisa li qed jahdmu fuq il-kostumi tal-karnival ghall-bandisti. Narhom ta' spiss fis-sala tal-kazin ihitu anke sa tard bil-lejl biex kollox jitlesta fil-hin.



06-Feb-2010  |  Amministrazzjoni Ghaqda Muzikali San Girgor
Gheziez kontributuri, f'dawn l-ahhar granet intbaghtu xi kummenti dwar is-sehem tal-Banda San Girgor kif ukoll ta' ghaqdiet ohra kemm fil-Karnival kif ukoll fis-Sagra San Girgor u dan peress li a differenza minn snin ohra l-Banda San Girgor mhix qed tkun mistiedna tippartecipa. F'dan ir-rigward ta' min isemmi illi d-decizjoni f'dawn l-attivitajiet hija tal-Kunsill Lokali Kercem u wiehed ghandu jifhem illi din hija wahda finali. Ir-ragunijiet ghal tali decizjoni huma f'idejn il-Kunsill Lokali. B'danakollu il-kummenti li intom ghaddejtulna f'dawn il-granet gew mghoddija lill-persuni koncernati ghax hassejna rwiehna responsabbli li ghandna nressqu l-ilmenti taghkom. Filwaqt li nirringrazzjawkom ta' l-appogg taghkom nittamaw li tifmhu l-pozizzjoni taghna.



06-Feb-2010  |  J Vella - Sydney AUSTRALIA
Lovely clips on You Tube featuring the Festa grand concert by San Girgor Band. You really reach high levels! Amazing! Keep it up and please give us more of these clips!



03-Feb-2010  |  JG
Prosit tas-silta 'Dit-Tislima ghalik Marija' li inkitbet minn Sunny Aquilina u kompozizzjoni ta' Mro Ray Sciberras, fuq kummissjoni ta' l-Ghaqda Armar Madonna tas-Sokkors, is-sena li ghaddiet! Aspett iseor sabih li jkompli jghaqqad l-Ghaqda tal-Armar ta' rahal mal-Ghaqda Muzikali San Girgor. Inheggigkom tkomplu tahdmu fuq aktar progetti flimkien fil-futur.



31-Jan-2010  |  Klarinett
Fuq il-You Tube intefghu 2 clips ohra mill-Programm Bandistiku 'Gold'n'Pop' li sar is-sena l-ohra: Iktbu : Banda San Girgor - Dit-Tislima ghalik Marija (l-innu kkummissjonat mill-Ghaqda Armar Madonna tas-Sokkors) u Banda San Girgor - Presentations! Nistedinkom tarawhom.



30-Jan-2010  |  Stendard Isfar
F'inqas minn gimgha l-clip 'Banda San Girgor Kercem - Tequila' fuq il-You Tube tellghet il-fuq minn 150 hit! Veru dan sit popolari! Ghal aktar clips fuq il-Banda taghna u l-kuncerti annwali idhol fuq il-You Tube u ikteb 'Banda San Girgor' jew 'Stillakercem'... u tara anke hawn din il-popolarita!



27-Jan-2010  |  Grejger
Prosit tassew tal-inizjattiva interessanti li ha l-Kumitat tal-Ghaqda Muzikali San Girgor, biz-zjara kulturali li saret fl-Italja l-gimgha li ghaddiet mid-dirigenti principali, biex ikompli jesplora possibilitajiet godda ghal skambji internazzjonali u kulturali li fihom tkun involuta l-Banda taghna. Veru dan hu kumitat li jahdem bla heda ghall-Banda taghna b'vizjoni innovattiva! Kburin bikom!



26-Jan-2010  |  Kurjuz
Fuq il-website tal-Kunsill Lokali ta' Kercem illum deher rapport dwar zjara li saret fil-Belt ta' Orvieto, li maghha l-lokalita taghna hija gemellata u f'San Gregorio da Sassola, u li fiha kienu nvoluti xi dirigenti tal-Ghaqda Muzikali San Gigor. Tista tinghata iktar informazzjoni dwar din iz-zjara u l-iskopijiet taghha?



25-Jan-2010  |  Amministrazzjoni Ghaqda Muzikali San Girgor
Ir-raguni ghaliex il-Banda San Girgor ma haditx sehem lejlet il-Festa tal-Madonna tas-Sokkors f'Lulju 2009 kienet essenzjalment sabiex il-festa tigi ccelebrata bl-ahjar mod possibli u dan ghaliex ma setax isir mod iehor. Madankollu l-Banda tal-lokalita' jixirqilha li ddoqq lejliet il-Festa ad unur il-Madonna tas-Sokkors u ghalhekk iva fil-festa 2010 hija ser tkun tiehu sehem fis-servizz tas-Sibt. Rigward min ser idoqq fil-marc hekk imsejjah taz-Zewg dan ghandu jigi diskuss mal-entitajiet koncernati li hu fid-dmir taghna illi dan isir b'mod li tgawdi l-festa b'mod ingenerali. Imbaghad dwar is-sehem tal-Banda San Girgor fil-Hrug tal-Vara min-Nicca, anke hawn l-Ghaqda qed taghmel l-almu taghha sabiex dan jigi organizzat bl-ahjar mod possibli pero' anke f'din is-sitwazzjoni d-diskussjonijiet jinvolvu l-entitajiet kompetenti u l-Ghaqda wahedha ma tistax tiddeciedi jew torganizza l-Hrug min-Nicca minghajr il-kunsens tal-partijiet l-ohra. Nispera li wegibna l-mistoqsijiet tieghek bl-ahjar mod possibli u nizgurak li qed naghmlu dan kollu b'responsabbilta'.



25-Jan-2010  |  NN
Mistoqsija lil Kumitat tal-Banda - sin is-sena ser iddoqqu is-Sibt tal-Festa? u jekk iwa min ser idoqq il-Hamis tal-Festa? Il-Banda ser tiehu sehem fil-Hrug tal-vara min-Nicca? ghax kull sena il-hrug qed ikun dizastru kbir. Pruvaw ghamlu spinta sabiex tippartecipaw fil-hrug tal-vara.