GuestBook - Page 27

25-Jan-2010  |  Tequila
Ilbierah zdiedet clip gdida fuq il-You Tube bl-isem: 'Banda S. Girgor - Kercem - Tequila', silta mill-Kuncert Annwali li sar mill-Banda San Girgor fit-8 ta' Lulju tas-sena l-ohra. Arawha - tal-genn! Prosit u grazzi



25-Jan-2010  |  J.Frendo (Fgura)
Prosit tal-website! Ftit ilu gejt il-Kazin taghkom mal-familja ghall-ikel. Il-menu varjat, l-ikel tajjeb u abbundanti, prezz moderat, staff very friendly! Nergghu nigu.



22-Jan-2010  |  Bandiera safra
Anke jien nighaqad ma Kercmi biex nawguraw lill-Isqof taghna, li wara kollox hu Kercmi bhalna f'din l-okkazjoni sabiha u nawgurawlu aktar snin ta' hdima b'risq il-Knisja Ghawdxija.



22-Jan-2010  |  Kercmi
Nawguraw lil Isqof taghna Mario, fl-okkazjoni tar-4 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tieghu u nitolbu ghalih biex ikompli jmexxi l-merhla afdata f'idejh b'ghaqal u bi qdusija



21-Jan-2010  |  Ghalliem irtirat (Kercem Primary)
Ninghaqad jien ukoll fit-tislima ta' 'Old Boy' lil memorja ta' Toni Scicluna (Ex-Surmast tal-Iskola Primarja Peter Paul Grech). Toni kien bniedem li kien iferrah lil kull min kellu x-xorti jahdem jew ikun qrib tieghu - anke t-tfal tal-iskola kienu jhobbuh immens!



20-Jan-2010  |  Old Boy (Kercem Primary)
Nixtieq insellem il-memorja ta' Toni Scicluna, ex Headmaster tal-iskola primarja tar-rahal taghna u habib tal-Kercmin li ghadda ghal hajja ta' dejjem jumejn ilu u illum sarlu l-funeral fil-Katidral. Toni l-Murella kif kulhadd kien jafu ghandu diversi rabtiet mar-rahal taghna mhux biss fl-iskola primarja imma wkoll fil-kant fil-Knisja fil-festi tal-Madonna tas-Sokkors u S Girgor fejn ta' kull sena sa ftit snin ilu kien dejjem jiehu sehem bi pjacir. Pero lil Toni nibqghu niftakruh ukoll fil-kareografija li biha konna rbahna ghal darbtejn wara xulxin iz-zewg kompetizzjonijiet 'Hilarious' tal-Karnival ta' Ghawdex. Min ma jiftakarx 'Il-Hmar Muswaf' u s-sena ta' wara il-pushchairs ta' dari dehlin fil-Pjazza tat-Tokk! Insomma tlifna habib sincier u bniedem li jibqa mfakkar ghall-karattru komiku tieghu li bih ferrah hafna nies fit-teatri u l-palkijiet taghna! Strieh fis-sliem Ton! Naghti l-kondoljanzi lil familjari tieghu!



18-Jan-2010  |  5000
Fi ftit aktar minn 5 xhur dan is-sit elettroniku popolari tal-Ghaqda Muzikali san Girgor kellu 5000 hit, b'medja ta' 1000 hit fix-xahar jew 33 hit kulljum! Dan jaghmlu wiehed mill-aktar siti elettronici segwiti u popolari mill-Kercmin! Dan l-istrument huwa bla dubju wiehed mis-successi kontinwi tal-amministrazzjoni zghazugha tal-Ghaqda Muzikali San Girgor li gharfet tisfrutta l-mezzi moderni tal-komunikazzjoni biex tkompli tkun dejjem izjed interattiva mal-pubbliku in-generali! Keep it up!



17-Jan-2010  |  samara debrincat
hadt hafna pjacir li ghamilt maddonna jekk ikollli nerga naghmel deeecembru 17-1-10



16-Jan-2010  |  Joseph Attard
Prosit hekk ghandhom ikunu l-affarijiet GHAQDA bejn l-ghaqdiet dawn iz-zewg kumitati hemm rieda tajba u qed igawdu it-tnejn li huma awguri u nittamaw li naraw aktar attivitajiet flimkien l-Ghaqda ta'=Armar u l-Banda. Prosit liz-zewg ghaqdiet li qed taghtu ezempju lil kulhadd kif ghandu jitmexxa kumitat u rahal maghqud ahna ghal maghkhom guys!



15-Jan-2010  |  Kercmi
Prosit tal-attivita' tal-Karnival li ser torganizzaw flimkien mal-Ghaqda tal-Armar! Affarijiet li jtuna gost naraw il-ghaqda fir-rahal! Tarawna maghkom zgur!



14-Jan-2010  |  J & R G
Nkompli ninghaqqad maghkom fir-ringrazzjamenti lil dawk kollha li jahdmu fi hdan il-Banda ghax minn mindu twaqqfet sar ghandna gawhra li mhux kulhadd qieghed japprezzaha. Tant hu imprezzabbli x-xoghol li jiena z-ziju ghax kellu l-hajra li jitghallem aktar kellu jitla' Malta u hallas mijiet ta' liri biex illum jaf idoqq strument ghax il-banda fejn ried jitghallem ma tatux dan ic-cans. Il-Banda San Girgor mhux talli ghandha ghalliem imma ghal wiehed 4 u k'ikolli nghid l-uniku wahda f'Malta u Ghawdex. Ghandna tassew ghax inkunu kburin. Keep it up u taqtghux qalbkom. Taghtux kas kliem fil-vojt u li ma jiswa ghalxejn. Ahna l-genituri nafu x'qieghed isir ma wliedna.



14-Jan-2010  |  Yellow for ever
Kollu kemm hu tassew veru - dak li kiteb GREJGER! Minn mindu twaqqfet il-Banda fir-rahal, mijiet ta' tfal u anke kbar tghallmu l-muzika b'xejn - hasra li mhux kulhadd issokkta! Izda dan ghandu jghinna nifhmu u napprezzaw izjed il-hidma ta' dawn in-nies dedikati li qed imexxu l-Ghaqda Muzikali San Gigor! Ejja napprezzaw izjed u mhux intellfu!



14-Jan-2010  |  Grejger
La qed jissemma t-taghlim tal-muzika irrid nghid li l-Ghaqda Muzikali San Girgor haqqha kull tifhir u apprezzament ghax qed toffri SKOLA TAL-MUZIKA kompletament b'xejn lil kull min irid jitghallem din l-arti nobbli tal-muzika, u dan toffrih permezz ta' ghalliema professjonali fuq xogholhom. Barra minn hekk irridu niftakru wkoll li l-istudenti appena jilhqu certi livelli jinghataw l-istrument b'xejn ukoll - uhud minn dawn l-istrumenti jiswew eluf ta' ewro! Naf b'lokalita' f'Ghawdex li l-Kunsill Lokali jaghti kontribut finanzjarju lill-Banda tar-rahal ghat-taghlim tal-muzika! Fir-rahal taghna l-Banda tidhol ghall-ispiza kollha! Altru li l-Ghaqda Muzikali San Girgor qed taghti servizz lir-rahal!



12-Jan-2010  |  Godwin Fenech - SLIEMA
Prosit tas-sit interessanti! Nistedinkom izzuru s-sit tal-Banda taghna www.stellamarissliema.com Awguri