GuestBook - Page 10

11-Mar-2011  |  JG
Naghti l-Festa t-tajba ta' San Girgor lil Kercmin kollha, anke lil dawk li jghixu f'irhula ohra f'Ghawdex, f'Malta u emigranti. Nawgura wkoll lill Ghaqda Muzikali San Girgor li taghha huwa wkoll il-Patrun.



09-Mar-2011  |  Mary
Il-Festa t-tajba lill-Kercmin kollha.



09-Mar-2011  |  Quercius
Illum irridu nghidu HAPPY BIRTHDAY lir-rahal ghaziz taghna TA' KEFCEM f'gheluq il-126 sena minn meta gie mwaqqaf Parrocca awtonoma. Nixtieq naghti wkoll il-festa t-tajba lil kulhadd!



08-Mar-2011  |  VSG
Nawgura l-festa t-tajba ta' San Girgor il-Kbir lil poplu kollu ta' Kercem, b'mod specjali lill-Ghaqda Muzikali San Girgor li ghalih hija msemmija! Viva San Girgor!



03-Mar-2011  |  Noel Tanti
Nixtieq inkun naf meta se tigi icelebrata il-Festa ta' San Girgor il-Kbir fir-rahal ta' Kercem. Johrog programm tal-Festa?



28-Feb-2011  |  Ivor Puglisevich
Tassew il-kuncert fit-teatru Manoel kien wiehed speccjali. Prosit ghal Mro Mark Gauci.



26-Feb-2011  |  Inhobb dak kollu li hu KERCMI
PROSIT KBIRA, jien dejjem emmint li l-Kercmin kapaci, fejn hemm l-ghaqda hemm kollox ejja inkomplu mexxjin il-quddiem f'din it-triq tas-successi, u ngibu lir-rahal ghaziz taghna fuq quddiem net, bhalissa Ghawdex kollu kelma wahda il-banda TA'KERCEM regghet ghamlitha, hemm ta'Kercem wara l-kelma banda u b'hekk ghandna biex inkunu kburin il-banda hi tar-rahal kollu ma hi ta'l-ebda persuna. Prosit kumitat habrieki f'erbatax il-sena l-banda ghamlet passi kbar,hawn ghaqdiet li ilhom ghexieren tas-snin immwaqfa u ghamlux dak li ghamlet il-banda San Girgor,u issa nistennew xi haga akbar s-sena d-diehla x'tahsbu.



26-Feb-2011  |  Isfar u Blu
Kulhadd kelma wahda : serata tal-genn! ma tintesiex malajr! ... NERGGHULA?



24-Feb-2011  |  Noel Borg (Kaxxier)
Nixtieq nirringrazzja persuna li tixtieq tibqa anonima li din il-gimgha giet il-kazin u wara li ferhet lil kulhadd tal-organizzajoni ghaddiet is-somma ta'€1000 ghall-ispejjez tal-programm li sar fit-Teatru Manoel, f'isem kulhadd nghidlek GRAZZI.



24-Feb-2011  |  Membru
Nixtieq nikkummenta ftit fuq il-kumment ta' qabli, li ghogbu jhalli s-Sur President Dr Joshua Grech. Hu irringrazzja lil kulhadd u talab skuza jekk forsi xi darba seta hataf lil xi hadd - jiena nahseb li kulhadd jirrikonoxxi s-sens ta' determinazzjoni, dedikazzjoni u innovazzjoni li bihom jahdem l-istess Dr Joshua Grech u li bihom gab hafna l-quddiem din il-Ghaqda Muzikali. Naghmillu kuragg f'isem kulhadd, lilu u lil membri kollha tal-Kumitat biex ikomplu b'dan l-impenn mhux zghir halli fi ftit tas-snin ohra naraw il-Kazin lest u l-Banda taghna tkompli miexja l-quddiem. Grazzi ta' dak kollu li qed taghmel Dr Grech u shabek!



23-Feb-2011  |  Dr. Joshua Grech
Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor ghenu lil din l-Ghaqda Muzikali zghazugha ttellgha programm muzikali ta' klassi gewwa t-Teatru Manoel. Hbieb l-20 ta' Frar ser jibqa' msemmi b'kelma wahda - perseveranza - huwa l-jum li fih wiehed seta' jmiss b'idejh il-hsieb illi meta bniedem ihoss li ghandu l-kapacita' li jimmira ghal ghan partikolari u jiehdu bis-serjeta', huma x'inhuma l-ghajnuniet u d-diffikultajiet kapaci jasal. Minn qalbi nirringrazzja lis-Surmast Direttur tal-impenn u t-thabrik muzikali tieghu, lil shabi tal-Kumitat, b'mod specjali Noel Borg, Joe Gauci, Jason Borg u Keith Attard talli hadu pacenzja kbira bija fil-preparamenti li kienu qed isiru. Niskuza ruhi jekk b'xi mod f'mumenti ta' paniku hadt lil xi hadt b'nuqqas ta' hlewwa, nitlobkom tghadruni. Grazzi lill-bandisti kollha, lill-compere Elton Vella u Dr. Sarah Grima, lill-management tat-Teatru Manoel, l-isponsors kollha, lill-Kumitat tan-Nisa u lil dawk kollha li anke bl-icken kellma kompla jimliena bil-kuragg. L-ahwa ma kenitx xi haga facli izda dan kien is-sabih tal-haga, li ghax emminna fl-ghaqda li qed niffurmaw parti fiha rnexxielna naslu ghal ghan komuni - il-gid tal-Banda San Girgor, isem ir-rahal ta' Kercem u l-Kultura Muzikali f'pajjizna. GRAZZI



23-Feb-2011  |  Noel Borg
Nixtieq nirringrazzja lill-shabi l-membri tal-kumitat tal-Ghaqda Muzikali San Girgor b'mod specjali lill-President Dr.Joshua Grech li bl-inkoragiment u l-mottivazzjoni tieghu lilna jaghmlilna kuragg kbir, mhux l-ewwel darba li konna naqtghu qalbna, mieghu ma nistax ma nsemmix lis-surmast Mark Gauci, nghidilkom li ma kienitx haga facli li naghmlu serata bhal dik li ghamilna nhar il-Hadd, sibna hafna ghajnuna imma sibna ukoll tfixkil tahsbux li kollox kien ward u zahar imma dan tal-ahhar ma tajniex kasu u aktar ghamlilna kuragg, fl-ahhar ma rridx ninsa lill-shabi l-bandisti kercmin tas-sagrificcji kbar li ghamlu u naghmel appell lill-dawk il-bandisti li ma gewx iddoqqu li tliftu okkazjoni unika u tal-genn. HBIEB KTIBNA PAGNA TAD-DEHEB OHRA LIL-GHAZIZ RAHAL TAGHNA TA'KERCEM INKUNU KBURIN.



22-Feb-2011  |  Gregory Gauci
Grazzi lill-Banda San Girgor li gholliet isem ir-rahal taghna bil-kuncert spettakolari fit-Teatru Manoel nhar il-Hadd li ghadda. Serata impekkabli li halliet kliem ta' tifhir minn dawk kollha li attendew. Inkoragganti wkoll kien il-fatt li numru kbir ta' Kercmin b'entuzjazmu qasmu l-fliegu sabiex jaghtu l-appogg taghhom lil banda f'dan l-impenn hekk importanti.



22-Feb-2011  |  Stendard Isfar
Prosit tassew lil Banda San Girgor ghall-prestazzjoni eccezzjonali li tat waqt il-Kuncert 'Spectacular Spectacular', lis-Surmasr Direttur Mro Mark Gauci u lil Kumitat ghall-organizzazzjoni perfetta! Kburin bikom ilkoll ghax dejjem kull fejn tmorru taghmlu unur u gieh lir-rahal taghna ta' Kercem!