GuestBook - Page 11

21-Feb-2011  |  Dun Lino Vella
Nixtieq nuri l-apprezzament ghall-ispettakklu li tat il-Banda San Girgor ilbierah fit-Teatru Manoel. Nifrah b'mod specjali lis-Surmast Mark Gauci, bandisti, Steven Mead, Gorg Camilleri zeffiena u dawk kollha li ghamlu dan is-success wiehed memorabbli.



21-Feb-2011  |  Michael Azzopardi
Wara s-serata indimentikabbli tal-bierah, Inhossni kburi li naghmel parti minn din il-banda formidabbli. Nixtieq nifrah lil kulhadd mill-President Dr. Joshua Grech u shabu tal-kumitat,specjalment il-kaxxier Noel Borg u huh is-solista Jason Borg sa l-inqas bandist, immexxija mill-bravu Surmast taghna Mro. Mark Gauci. Wara xhur ta' sagrificcji, hadna s-sodisfazzjon li tant kien jisthoqqilna. Urejna lil kulhadd li fejn hemm is-serjeta, d-dixxiplina kollox hu possibli. Grazzi kbira tmur ukoll lill-ammiraturi tal-banda taghna li ma qatghux qalbhom mill-maltemp u gew bi hgarhom biex jaghmluna kuragg. Inheggeg lil shabi l-bandisti li, jew ma setghux jattendu ghal dan il-kuncert jew li deherilhom li ma kellhomx jiehdu sehem, biex darba ohra ma jitilfux okkazjoni bhal din. KEEP IT UP GUYS.



21-Feb-2011  |  Joseph Stafrace
Nista nkun naf jekk hux ser johrog DVD ghall-biegh tal-kuncert fil-Manoel mill-Banda San Girgor? u jekk iva minn fejn inkun nista nakkwistah?



21-Feb-2011  |  Dun Reuben Micallef
Irrid nifrah lill-Ghaqda Muzikali San Girgor tal-kuncert sabih tal-bierah fit-Teatru Manoel. Prosit lil kull min ta' sehemu : Bandisti, Surmast u Kumitat. Kienet okkazjoni pjacevoli hafna fejn kulhadd seta japprezza l-interpretazzjoni eccezzjonali tal-muzika esegwita u l-kumplament tal-ispettaklu! Keep it up!



21-Feb-2011  |  Kercmi
Prosit lil kulhadd tas-serata tal-bierah fil-Manoel. Ghamiltu gieh lir-rahal taghna



21-Feb-2011  |  Isfar u Blu
Kuncert ismu mieghu : SPETTAKOLARI!!! Kelma ta' tifhir lill-Bandisti kollha, s-Surmast Mark Gauci, kull min ha sehem u fuq kollox lill-Kumitat habrieki! Prosit ukoll lil Steven Mead li bellah lil kull min kien prezenti bil-kapacita tieghu fuq l-Ewfonju! Bravi wkoll is-solisti l-ohra George Camilleri u Jason Borg!



20-Feb-2011  |  Mark Kronin
Really Spectacular Spectacular!



20-Feb-2011  |  KERCMI KBURI
F'isem il-poplu kollu ta' Kercem nawguralkom ghall-Kuncert kolossali talllum 'Spectacular spectacular' fit-Teatru Manoel. Prosit talli wassaltu lil Banda taghna fl-aqwa u l-aktar arena prestiguza u eccellenti tal-Arti f'pajjizna. IL-POPLU TA' KERCEM KBURI BIKOM! Viva l-Banda San Girgor!



18-Feb-2011  |  Bandist 2
GRANDE STEVEN MEAD!



18-Feb-2011  |  Carmel Tanti ( Mqabba Malta)
Prosit hafna tal-inizzjativa li hadtu li ser issir Kuncert fit-Teatru Nazzjonali Awguri jien ser inkun maghkhom.



17-Feb-2011  |  Bandist
Ilbierah filghaxija kellna x-xorti nirrehersjaw mal-mistieden specjali tal-Ghaqda Muzikali S.Girgor is-solista ta' fama mondjali Steven Mead, fis-sala tal-Kazin taghna. Kulhadd huwa msahhar bil-kapacitajiet straordinarji ta' dan l-Ewfonista. Inheggigkom biex tahtfu l-ftit biljetti li fadal halli inthom ukoll ikollkom ix-xorti titpaxxew b'dan il-mistieden u fuq kollox bil-Banda taghna li qed twieghed kuncert kolossali u irrepetibbli.



16-Feb-2011  |  M.V.
awguri ghal nhar il-Hadd



15-Feb-2011  |  29,000!
In-numru tal-vizitaturi qabez elf ohra! Komplu zuru dan is-sit dejjem aggornat!



15-Feb-2011  |  Stendard Isfar
Prosit lill Kumitat, Bandisti u Surmast ghal din l-inizjattia kbira li hadtu ghall-Banda taghna. Opportunita unika li mhux ta' min jitlifha. Nixtiq nifrah lil President u l-membri tal-kumitat li jghaddu sighat twal f'hidma kontinwa b'risq l-Ghaqda Muzikali San Girgor. Awguri ghal nhar il-Hadd!