GuestBook - Page 30

30-Nov-2009  |  Ex-Abbati
Nawgura lil Mons Karm Borg fl-okkazjoni tal-onorificenza li gie moghti. Certament unur misthoqq lil sacerdot li qeda dmiru b'rettezza. Filghaxijiet b'mod specjali kont dejjem issibu l-knisja... ma jfalli qatt! Sacerdot afdat. Nawgurawlu mill-gdid!



28-Nov-2009  |  Stendard Isfar
Ninghaqad ma' Kercmi fl-awgurji tieghi lil Mons Karm Borg! Dun Karm, kif nafuh ir-rahal, qeda lil Parrocca ghal hafna snin bhala vici parroku u dejjem kont issibu lest biex jaqdik... dejjem puntwali! Nawgurawlu ad multos annos!



27-Nov-2009  |  Kercmi
Nixtieq nifrah lil Kan Dun Karm Borg, attwalment ir-Rettur tal-Kappella tal-Lunzjata, li lbierah inghata t-titlu ta' Monsinjur. Titlu li jixraqlu ferm ghal-kontribut tieghu bhala sacerdot fir-rahal taghna u fid-Djocesi. Dun Karm fost l-ohrajn ta' kontribut siewi fil-gabra tal-istorja tar-rahal taghna permezz tar-rivista Kercem li ghal zmien twil kien jiehu hsieb il-pubblikazzjoni taghha. Il-Mons Karm Borg huwa wkoll habib tal-Ghaqda Muzikali San Girgor u kwazi regolarment jikkontribwixxi bil-pinna tajba tieghu fil-ktejjeb-programm li l-Ghaqda tohrog ta' kull sena fl-okkazjoni tal-Festa tal-Madonna tas-Sokkors. Lil Mons Karm Borg, nawgurawlu Ad Multos Annos!



26-Nov-2009  |  James D'Amato (Fgura)
Prosit tas-sit interessanti. Nifirhilkom tas-successi li diga ksibt ghalkemm is-Socjeta taghkom m'iliex hafna mwaqqfa u nawguralkom ghall-binja sabiha tal-Kazin li qed ittellghu.



26-Nov-2009  |  Isfar u Blu
Jien ukoll ninaqad ma ta' qabli u nhegigkom biex tnizzlu izjed clips fuq il-You Tube



20-Nov-2009  |  Arpa
Grazzi tal-clip! Ghaliex mhix tidher mal-bqija li hemm fuq il-Banda an Girgor? Jekk joghgbkom itfghu il-kumplament tas-siltiet



19-Nov-2009  |  lehen
messu il banda torganizza program simili al dak ta qabel il festa fil milied!! Grazzi



19-Nov-2009  |  Arpa
Jien ukoll nixtieq li fil-You Tube jitpoggew is-siltiet tal-Programm ta' Lulju 'Gold 'n Pop' ax vera kienu sbieh.



19-Nov-2009  |  M.Vella
Grazzi lil VSG - is-siltiet vera sbieh u esegwiti tajjeb hafna wkoll! Prosit



17-Nov-2009  |  VSG
Nixtieq nigbed l-attenzjoni tal-ammiraturi kollha tal-Banda San Girgor u tad-dilettanti kollha tal-programmi muzikali ghas-siltiet muzikali mill-Banda San Girgor li jinsabu fuq il-You Tube: ikteb Banda San Girgor u ghandek issib numru ta' clips interessanti bhal l-Innu lill-Banda San Girgor, l-istorja tal-Ghaqda Muzikali San Girgor, il-presentation tal-Laqgha Generali Annwali 2009, u siltiet bhal Gonna Fly Now, the Last of the Mohicans, Gabriel's Obe, Free World Fantasy u ohrajn. Nissuggerixxi wkoll lill-amministrazzjoni tal-Ghaqda Muzikali San Girgor biex titfa s-siltiet tal-ahhar programm li sar f'Lulju ta' din is-sena biex ingeddu l-memorji indimentikabbli ta' dik is-serata grandjuza u li ghamlet tant unur u gieh lil Ghaqda Muz. S. Girgor



11-Nov-2009  |  Habib
Nixtieq nifrah lil Presdent tal-Ghaqda Muzikali San Girgor, l-Avukat Dr Joshua Grech, li 'llum inghata l-Warrant mill-Onor. Dr Carm Mifsud Bonnici u nawguralu f'isem il-hbieb kollha kull success fil-karriera legali tieghu.



07-Nov-2009  |  VSG
Ilbierah inzammet l-ewwel seduta tal-Kumitat il-gdid li fiha gew ikkonfermati l-karigi fi hdan il-kumitat precedenti. Ghalekk nixtieq nifrah mill-gdid lil President l-Avukat Dr Joshua Grech u lil shabu kollha u nawguralhom aktar snin ta' hidma b'risq l-Ghaqda Muzikali San Girgor



06-Nov-2009  |  3000
Ninnota li fi 3 xhur minn kemm ilu jopera dan is-sit elettroniku, dahlu xejn inqas minn 3000 hit! Dan ifisser 1000 hit kull xahar jew avarage ta' 33 hit kulljum! Kollox juri kemm dan hu sit popolari u kemm nies tinteressahom l-Ghaqda Muzikali San Girgor! Komplu zommu dan is-sit aggornat!



05-Nov-2009  |  Osservatur
Nixtieq qabel xejn nifrah lil Kumitat il-gdid li nhatar ilbierah u nawguralu kontinwazzjoni fit-triq tas-successi u l-impenji li qabad u ninkuraggih biex ma jaqtax qalbu minkejja li xi kultant ikollu jhabbat wiccu ma diversi tentattivi ta' bsaten fir-roti. It-tieni nixtieq ninnota b'sodisfazzjoni is-serjeta li biha tmexxiet il-Laqgha Generali fejn iddominaw l-ispirtu zghazugh, il-vizjoni, c-carezza, l-kapacita amministrattiva u r-responsabilita li biha qieghda titmexxa l-Ghaqda Muzikali San Girgor. Nawgura lil kulhadd b'mod partikulari lil godda fil-Kumitat snin ta' hidma favur din il-Ghaqda dinamika! Kunu afu li ghandkom l-ammirazzjoni ta' hafna!