GuestBook - Page 32

19-Oct-2009  |  Falkun 2
Hadt pjacir nosserva s-sehem tal-Ghaqda tal-Armar Madonna tas-Sokkors fl-andament tal-festival Festubru, organizzat mill-Ghaqda Muzikali San Girgor. Din il-partecipazzjoni tixhed ir-rapport sabih li jezisti bejn dawn iz-zewg ghaqdiet ewlenin tar-rahal taghna! Niehdu pjacir narawkom flimkien!



19-Oct-2009  |  Bandiera safra
Nawgura lil Ghaqda Muzikali San Girgor f'gheluq it-12-il sena mit-twaqqif taghha biex tkompli miexja fit-triq it-tajba! Awguri ghal aktar successi! U nittamaw li ma ndumux ma nkomplu l-binja sabiha tal-kazin! Kulhadd ghandu jghin mill-ahjar li jista...



19-Oct-2009  |  Isfar u blu
Festubru - festival li twieled biex jibqa! L-attendenza tan-nies minkejja t-temp xejn sabih ghanda taghmlilna kuragg biex nibdew nahsbu min issa ghat-tieni edizzjoni! Nappella lill-awtoritajiet governattivi biex jaghtu izjed kaz ta' dan il-gojjel naturali li ghandna - il-Wied tal-Lunzjata



19-Oct-2009  |  Bandist
Happy Birthday lil Ghaqda Muzikali San Girgor! Illum taghlaq tnax il-sena. Meta thares lejn is-successi li diga kisbet din il-Banda lanqas temmen li ghaddew biss daqshekk. Illum xieraq niftakru f'dak kollha li kienu nvoluti s'issa fl-Ghaqda Muzikali San Girgor, membri li servew fil-kumitati, fil-Banda...ecc, u ma ninsewx fuq kollox lil dawk li m'ghadhomx maghna b'mod specjali lill-ewwel president is-Sur Raymond Mercieca, li kien tant strumentali fil-twaqqif tal-Ghaqda u lis-Sur Guzeppi Micallef li serva kemm bhala bandist (baxx)kif wkoll fil-kumitat. Nawguraw snin ta' successi akbar fis-snin li gejjin



19-Oct-2009  |  Quercius
Irrid naghti prosit kbir lil membri tal-Ghaqda Muzikali San Girgor ta' Kercem, tal-Festival bl-isem ta' Festubru li sar fi tmiem din il-gimgha fil-Wied tal-Lunzjata. L-attivita kienet success kemm fil-hsieb kif ukoll fl-organizzazzjoni. L-attendenza tan-nies kienet tajba minkejja t-temp mhux daqstant sabih u dan jindika l-popolarita li diga kisbet din l-attivita'. Nawguralkom ghas-sena d-diehla!



19-Oct-2009  |  Falkun
Gejt ghall-Festubru u rrid naghti prosit kbira lill organizzaturi! Ninkuraggikom minn issa ghas-sena d-diehla.



19-Oct-2009  |  G Portelli (Victoria)
Prosit tassew ghall-Festival Festubru. Minkejja l-elementi klimatici ma kienux favorevoli, tul it-tlett ijiem kien hemm prezenza tajba ta' nies minn kull rokna ta' Ghawdex u anke minn Malta. Ghogbuni partikularment is-serata ta' poezija, il-loghoba tal-brilli, is-show tal-falkuni, il-kor russu, il-folk grups u izda fuq kollox l-atmosfera li rnexxielkom toholqu fit-toroq ta' Wied il-Lunzjata!



16-Oct-2009  |  JG
Prosit tal-attivitajiet fil-festival Festubru tal-lbierah. Dnub li x-xita hassret dik l-atmosfera magika li nholqot fl-ambjent imsahhar ta' Wied il-Lunzjata! Veru haqqu prosit min holoq dawk l-effetti sbieh ta' dwal li bihom gie illuminat artistikament il-Wied. Nisperaw li l-lejla t-temp jippermetti aktar!



16-Oct-2009  |  Lunzjatu
Il-bierah filghaxija, f'Festubru kien hemm pjacir shih, l-atmosfera kienet stupenda, n-nies ikkonkorriet tajjeb, l-organizzazzjoni kienet perfetta, interessanti ferm kienet is-serata letterarja fejn l-ghajn, anke n-nies bil-kostumi tradizzjonali tal-antik komplew isebbhu l-ambjent folkloristiku. Dan kollu hu preludju tajjeb li jawgura konkorrenza akbar ghall-jiem li gejjin. Hasra li x-xita kellha ttemm hesrem dik l-atmosfera tant sabiha. Nittamaw ahjar ghall-lum u ghada. Nawguralkom kull success!Narakom il-lejla!



16-Oct-2009  |  Manuel Bonello (SLIEMA)
Prosit tal-organizzazzjoni ta' Festa Ottubru! Dalodu gejt il-Lunzjata ma' xi hbieb apposta ghal din l-okkazjoni u sibt il-post mimli tfal ta l-iskejjel jigu mdawwra madwar l-attrazzjonijiet sbieh u nteressanti. Il-Wied tal-Lunzjata mill-isbah! Nappella biss lill-awtoritajiet koncernati biex isibu mezz iehor kif jahbu l-kruha ta' wires tad-dawl li nezlin bl-addocc minn qalb il-Wied! Enemalta pls take note!



16-Oct-2009  |  Ann Agius (Victoria)
Jiena omm ta' tifla li dalghodu flimkien ma shabha gew izuru il-Lunzjata fl-okkazjoni tal-festival li qieghed jigi organizzat minnkom. It-tifla hadet hafna pjacir u tghallmet hafna fuq it-tradizzjonijiet u s-snajja fl-antik. Ahna issa bhala familja se nigu jew ghada jew il-Hadd ghax veru thajjarna.



16-Oct-2009  |  HAPPY BIRTHDAY!
Nifrah lil Ghaqda Muzikali San Girgor f'gheluq it-12-il sena mit-twaqqif taghha. Huwa veru li saru l-mirakli f'dawn it-12 il sena ghax mix-xejn inxtrat l-istrumentatura, il-banda harget iddoqq wara sentejn, giet akkwistata l-art biex fuqa tibena s-sede ufficcjali, il-banda daqqet Malta ghal darba darbtejn, il-Banda siefret u daqqet fil-Belt storika u prestigjuza ta' Orvieto, inbeda l-bini tal-Kazin, il-banda dahlet f'gemellagg mal-Banda Taljana S.Gregorio da Sassola, qieghda torganizza l-ewwel edizzjoni ta' festival kulturali fuq skala nazzjonali, bl-isem ta' Festubru, u hafna aktar...lista twila ta' kisbiet fi zmien relattivament qasir! Prosit lil Kumitati li mexxew l-Ghaqda tul dawn is-snin, lil Bandisti u l-ammiraturi kollha imma b'mod partikulari lil kumitat zghazugh prezenti u specjalment lil President Dr Joshua Grech, lis-Segretarju Kieth Attard u lill-Kaxxier Noel Borg u l'shabhom l'ohra kollha. Ghandkom l-appogg tal-maggoranza tal-poplu ta' Kercem! Ahna warajkom! Keep it up!



15-Oct-2009  |  Viva l-Banda San Girgor
Nhar il-Hadd li gej, 19 ta' Ottubru, meta jekk Alla jrid inkunu fil-qalba tal-attivita bl-isem ta' Festubru, l-Ghaqda Muzikali San Girgor taghlaq 12 il-sena mit-twaqqif taghha. F'dawn it-12 il-sena saru l-mirakli ghax din l-Ghaqda stabiliet ruhha bhala wahda mill-Baned ewlenin. Dan kollu huwa mertu tal-kumitati habrieka li tul dawn is-snin stinkaw kemm felhu biex igibu din il-Ghaqda il-quddiem. Awguri lil Banda San Girgor! Happy Birthday!



13-Oct-2009  |  J. Grech
Anke jien ninghaqad ma Joe Cassar biex nifirhilkom u nawguralkom ghal din l-inizjattiva li hadtu u nappella lil poplu kollu ta' Kercem biex fi tmiem din il-gimgha jinzel bi hgaru il-Lunzjata ha nissapportjaw din l-attivita u naghmlu kuragg lill-organizzaturi.