GuestBook - Page 33

12-Oct-2009  |  Daniel Mercieca (SWATAR)
Nifrah lil poplu ta' Kercem ghas-sejba arkeologika importantissima li saret fir-rahal sabih taghkom. Hija skoperta ta' valur storiku kbir li tkompli titfa aktar dawl fuq l-istorja ta' pajjizna u l-antikita' taghha.



12-Oct-2009  |  VSG
Fi ftit aktar minn xahrejn din il-website rregistrat iktar minn 2000 hit! Dan hu success iehor ghall-Ghaqda Muzikali San Girgor! Dan ikompli jikkonferma l-popolarita ta' dan is-sit elettroniku u l-interess ta' hafna Kercmin, Ghawdxin u barranin fil-hidma tal-Ghaqda Muzikali San Girgor! Keep it up!



12-Oct-2009  |  J Vella (AUSTRALIA)
Awguri ghal Festubru! Hope li jkollkom il-bnazzi. Milli qed nara hija attivita sabiha hafna! It's amazing how you manage to organize such an event! Keep informing us on it's ongoing day by day! Wish you all the best!



09-Oct-2009  |  Amministrazzjoni GHAQDA MUZIKALI SAN GIRGOR
L-ewwelnett nixtiequ nirringrazzjaw lill-dawk kollha li awgurawlna kull success fl-attivita li ser tigi organizzata fil-Wied tal-Lunzjata bl-isem ta' Festubru bejn il-Gimgha u l-Hadd, 16 u 18 ta' Ottubru. Fir-rigward ta' min qieghed jorganizza dan il-festival, l-organizzazzjoni kollha ta' dan il-festival hija kollha fi hdan l-Ghaqda Muzikali San Girgor, jigifieri mill-management sa informazzjoni u promozzjoni. Madanakollu ta' min insemmu illi sibna s-sapport tal-Ministeru ghal Ghawdex u tal-Kunsill tal-Kultura fi hdan l-istess Ministeru. Nirringrazzjaw ukoll lid-diversi persuni li qed jghinu fl-organizzazzjoni b’mod volontarju. Ringrazzjament specjali jmur ukoll lil David's Bakery, Pro Stage Sound u Micho Lighting.



09-Oct-2009  |  Lunzjatu
Ghadni qed nara r-rapport tal-Konferenza stampa li saret il-bierah. Vera tidhru organizzati ... u fil-fatt inthom! Taghmlu kollox kif ghandu jkun! Qed torganizzaw attivita' li soltu jidhlu ghalihom entitajiet governattivi u mhux ghaqda volontarja! Dan kollu jawgura tajjeb hafna ghas-success ta' dan il-Festival! Nappella lil Kercmin kollha biex ma jonqsux milli jiehdu sehem halli flimkien nissapportjaw din l-inizjattiva ambizzjuza. Haqqhom verament kliem ta' tifhir il-Kumitat habrieki tal-Ghaqda Muzikali San Girgor u l-membri tal-Kumitat Organizzattiv ta' Festubru! Ahna kburin bikom!



08-Oct-2009  |  VSG
Issa li temmejna b'success is-servizz li l-Banda tat fin-Notte Bianca 2009 fil-Belt Valletta, nawgura lill-Ghaqda Muzikali S.Girgor kull success ghall-attivita' 'Festubru' li ser tittella' fil-jiem li gejjin fil-Wied tal-Lunzjata.



06-Oct-2009  |  G.Portelli (VICTORIA)
Grazzi tal-Programm tal-attivita fil-Lunzjata. Jidher programm interessanti hafna b'diversi attrazzjonijiet li ghandhom jolqtu l-gosti ta' min ihobb il-kultura, l-arti u l-ambjent naturali taghna. Inheggeg lil Ghawdxin u l-Maltin kollha jiehdu sehem f'dan il-festival bejn is-16 u t-18 ta' Ottubru.



06-Oct-2009  |  Bandist
Prosit lil Banda San Girgor tas-servizz li ghamilna nhar is-Sibt fin-Notte Bianca 2009 fil-Belta Valletta. Din kienet opportunita mill-isbah ghalina l-bandisti li hadna sehem ghax mhux biss hadna pjacir ahna imma wkoll ghamilna unur lir-rahal taghna! Ghadna verament ghax inkunu kburin... u maghna kull Kercmi bil-Banda taghna!



05-Oct-2009  |  J. B. Abdilla
Nuri l-apprezzament tieghi lill-Bandisti u l-Kumitat tal-Banda San Girgor tal-marc waqt in-Notte Bianca nhar is-Sibt 3 ta' Ottubru.



05-Oct-2009  |  Alfred Agius (Hamrun)
Nixtieq nifrah lill-Banda San Girgor tal-marc brijuz li ghamlet tul it-toroq tal-Belt Valletta nhar is-Sibt li ghadda waqt l-attivita tan-Notte Bianca. Prosit tassew.



05-Oct-2009  |  Notte Bianca - Valletta 2009
Prosit kbir lil Banda San Girgor ghall-Marc grandjuz li ghamlet fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta. L-unika u l-ewwel banda Ghawdxija li hadet sehem f'dan il-festival internazzjonali. Kulhadd kellu kliem ta' tifhir ghall-Banda San Girgor. Keep it up! You made us feel so proud!



03-Oct-2009  |  Clarinett
Nawgura lil bandisti shabi ghall-Marc li l-lejla l-Banda taghna se taghmel fil-Belt Valletta fl-okkazjoni tan-Notte Bianca. Viva l-Banda San Girgor.



01-Oct-2009  |  Amministrazzjoni GHAQDA MUZIKALI S.GIRGOR
Filwaqt li nirringrazzjaw lil G Portelli u hafna ohrajn ta' l-interess li qed juru fl-attivita li ser intellghu bl-isem ta' Festubru, nixtiequ navzaw li fi ftit tal-jiem ohra il-programm dettaljat ser ikun on line fuq dan is-sit. Barra minn hekk il-programm kollu ser jigi wkoll imqassam bieb bieb f'kull dar f'Ghawdex.



30-Sep-2009  |  G. Portelli (VICTORIA)
Nawguralkom ghall-attivita li se torganizzaw fil-Wied sabih tal-Lunzjata. Tistghu tghiduli fejn nista nara l-programm tal-attivitajiet?